Mhux xogħol il-Gvern li jintervjeni fis-suq.
Kien dan l-appell ċar li wassal Paul Ablea, f’isem il-Kamra tal-Intrapriżi żgħar u medji, meta kienu qed jippreżentaw id-dokument bil-proposti għall-Budget 2025.
CId-dokument li preżentat il-Kamra huwa bbażat fuq erba’ pillastri biex isaħħu n-negozji żgħar u medji fosthom is-self employed li jammontaw għal 35,000 negozju.
Din il-bida fir-rata ta’ taxxa kapaċi twassal għal iżjed cashflow għan-negozji, u tindirizza l-iżbilanċ li jeżisti bejn negozji lokali u negozji internazzjonali li jħalsu t-taxxa b’rata ta’ 25%.
Barra minn hekk, il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji qed tagħmel proposta biex il-mod kif tinħddem il-COLA, tiġi riveduta. Dan hekk kif fl-aħħar sena intefa’ piż enormi fuq min iħaddem hekk kif il-COLA żdiedet b’iktar minn 9 ewro fil-ġimgħa.
Issuġerew ukoll li l-COLA tkun imqassma b’mod differenti bejn min hu bil-minimum wage u min jaqla’ paga sostanzjali.
Issuġerew ukoll li jinħoloq fond li jkun aminisrat mil-Malta Development Bank jew mill-Malta Enterprise, sabiex ikunu ta’ sostenn għall-business.
Iċ-Chamber of SMEs insistiet li n-negozji ħafna drabi iħossuhom minsija; budget wara budget.
Għalhekk huma qed jissuġerixxu li jkun hemm Segretarju Parlamentari ġdid li jieħu responsabiltà tas-self emplyed u n-negozji z-zgħar. Qed jipproponu wkoll l-bolla li jħallsu s-self employed issir parti mill-ispejjeż, u titnizzel f’dak li jissejjaħ profit and loss account.
Punt ieħor importanti li tqajjem waqt il-konferenza huwa l-fatt li d-domanda għax-xogħol qed tinbidel b’rata magħġla f’qasir żmien. Dan hekk kif 85% tal-impjiegi preżenti, mhux se jkunu qed jeżistu sas-sena 2030 – waqt li 47% tal-imjiegi li jeżistu bħalissa mhux se jkunu għadhom jeżistu sas-sena 2033.
Għalhekk iċ-Chamber of SMEs qed titlob biex isir studju dwar it-tibdil li huwa imminenti fis-suq tax-xogħol u biex ikun hemm fond ta 40,000 ewro li jinqasam fuq tliet snin sabiex in-negozju jsir iktar diġitali.
Intant din il-konferenza kienet indirizzatta wkoll minn Philip Fenech, id-Deputat President taċ-Chamber of SMEs, illi qal li f’dawn l-aħħar eba’ snin kien hawn ‘overcapacity’ fit-turiżmu li issarfet f’well-being index iktar baxx – tant illi rajna li l-isptar, il-korp tal-Pulizija, l-indafa, il-manutenzjoni, it-traffiku kif ukoll is-sistema tad-dranaġġ li ma laħqux maż-żieda fil-popolazzjoni.
Fenech qal li għalhekk għandu jkun hemm reklamar aħjar għal turiżmu iktar sostenibbli.
//= $special ?>