Fi ftit tal-ħin ieħor se tkun qed tibda missjoni, l-ewwel tat-tip tagħha, biex biljunarju, flimkien mat-tim li jifforma parti minn SpaceX se jkunu qed jimxu fl-ispazju.
Din il-missjoni privata qed tkun meqjusa bħala waħda perikoluża u possibilment anke illegali.
L-attivitajiet ta’ entitajiet mhux governattivi fl-ispazju, inkluż il-qamar, jeħtieġu awtorizzazzjoni u superviżjoni kontinwa, fejn jidher li t-tim ma akkwistax dan.
Jared Isaacman, il-kmandant biljunarju, u wieħed mill-ekwipaġġ tiegħu se jħallu s-sigurtà relattiva tal-kapsula SpaceX Dragon aktar minn 400 mil ‘il bogħod mid-dinja sabiex iqattgħu diversi minuti fil-vakwu tal-ispazju.
Din hi meqjusa bħala waħda mill-aktar attivitajiet perikolużi li wieħed jista’ jagħmel fl-orbita.
Apparti li l-ekwipaġġ se jagħmel dan mingħajr it-taħriġ tas-soltu, minn kapsula spazjali li m’għandhiex airlock ta’ sigurtà, waqt li se jkun qed jittestja suit spazjali li għadha fi stadju esperimentali.
Din hi l-ewwel darba mill-bidu tal-ivvjaġġar fl-ispazju li l-astronawti ppruvaw mixja fl-ispazju mingħajr airlock.
Tista’ tara l-bidu ta’ din il-missjoni hawnhekk:
//= $special ?>