Lokali

Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Karl Gouder se ssir is-Sibt f’San Ġiljan

Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Karl Gouder se ssir is-Sibt fil-11 am fil-Knisja ta’ San Ġiljan.

Wara ċ-ċelebrazzjoni se jsir korteo fejn fost l-oħrajn se jgħaddi minn quddiem il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fejn serva bħala sindku għal xi żmien. Se jgħaddi wkoll minn quddiem id-Dar Ċentrali fejn serva għadd ta’ rwoli għal dawn l-aħħar 16-il sena kemm għall-Partit Nazzjonalista u anke għal NET Media.

Net Television se jkun qed jagħti trażmissjoni diretta taċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Karl Gouder.