Lokali

Jake Vella kkremat fi Sqallija

Iż-żgħażugħ Jake Vella ġie kkremat fi Sqallija, sabiex issa jinsab għal dejjem flimkien mal-ġenituri tiegħu mingħajr tbatija.

Dan tħabbar minn missier Jake Vella, Josie Vella li qal ukoll li d-donazzjonijiet għall-annimali abbandunati ser jibgħu jiġu aċettati sa nhar it-Tnejn li ġej.

Jake Vela ngħata l-aħħar tislima s-Sibt li għadda.

Jake kien imfakkar għad-determinazzjoni u l-imħabba li kellu minkejja d-diffikultajiet li kien jinsab fihom b’kawża tal-kundizzjoni rari li kellu. Hu kien ta’ ispirazzjoni għal bosta għaliex minn sfida personali għaqqad pajjiż sħiħ u għallimna li dejjem għandna nkunu hemm għal xulxin mingħajr l-ebda distinzjoni.