Kważi 200 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għaddejja tfittxija għal iktar minn 125 persuna oħra li jinsabu mitlufa wara li tifun laqat lix-Xlokk tal-Vjetnam.
It-tifun li laqat lill-pajjiż, imlaqqam Yagi, huwa l-iktar wieħed b’saħħtu għal dawn l-aħħar diċenji. Bir-riħ li kellu qawwa ta’ 149 kilometru fis-siegħa f’xi waqtiet.
Dan it-tifun wassal mhux biss għall-imwiet ta’ għexieren ta’ persuni iżda saħansitra għal għargħar u valangi tat-tajn.
Kien irrapurtat ukoll li iktar minn 800 persuna talbet għall-assistenza medika kaġun ta’ feriti li sofrew.
//= $special ?>