Il-Pulizija tal-Malasja salvaw mal-400 tfal u żgħażagħ fuq suspett li kienu qed jiġu abbużati fiżikament u sesswalment f’20 dar ta’ tfal orfni.
L-etajiet ivarjaw bejn sena u 17-il sena, bil-Pulizija tarresta 171 suspettat, fosthom għalliema tar-reliġjon u persuni li kienu jieħdu ħsieb lil dawn it-tfal.
Id-djar kienu fl-istati ta’ Selangor u Negeri Sembilan, b’rapporti jgħidu li kien għaddej sfruttament tat-tfal, molestazzjoni u abbuż sesswali.
Is-suspettati li ġew arrestati għandhom bejn is-17 u l-64 sena fejn allegatament kienu jmissu lit-tfal b’mod indiċenti waqt li jgħidulhom li dan huwa parti mir-ritwal reliġjuż. B’uħud mit-tfal saħansitra ġew mgħallma biex iwettqu l-istess azzjonijiet li kienu qed iseħħu fuqhom fuq tfal oħrajn f’dawn id-djar.
Bis-sitwazzjoni saħansitra wasslet biex uħud mit-tfal jiġu kkoreġuti permezz tal-użu ta’ oġġetti tal-metal jaħarqu bin-nar u ma jingħatawx il-kura meta jkunu ma jifilħux sal-punt li jispiċċaw f’qagħda kritika.
//= $special ?>