Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal jirtira mit-Tazza Laver

(Ritratt: EPA)

It-tennista leġġendarju Rafael Nadal iddeċieda li mhux ser jipparteċipa fit-Tazza Laver hekk kif stqarr li hemm numru ta’ plejers li jistgħu jgħinu lil tim Ewropa iktar milli jista l-Ispanjol

It-tennista ta’ 38 sena ilu ma jilagħab partita uffiċjali mit-telfa tiegħu kontra Carlos Alcaraz fil-kwarti finali tad-doubles tal-irġiel fl-Olimpjadi ta’ Pariġi lura f’ Awwissu li għadda.

It-22 darba rebbieħ tal-Grand Slam ma kkonferma l-ebda tip ta’ injury speċifika, madankollu huwa indika li din is-sena se tkun l-aħħar sena professjonali tieħu fl-isport.

It-Tazza Laver se tkun ikkontestata bejn tim Ewropa u tim magħmul mid-Dinja kollha, u se tibda fl-20 ta’ Settembru ġewwa Berlin.