Il-midfielder ta’ Tottenham ġie penalizzat munħabba l-kummenti razzisti li għadda fil-konfront ta’ Son Heung-min Ġunju li għadda fuq it-televiżjoni Urugwajana.
Wara dan il-kumment, l-eks midfielder ta’ Juventus talab maħfra lil Son, u stqarr li kienet ċajta goffa wisq. F’intervista ftit ġimgħat wara l-istess Son irrisponda billi qal li ħaffirlu u fehem li din kienet biss ċajta, madankollu l-FA Ingliża xorta penalizzat lil Bentancur ħabba l-ksur tar-regola E3 li tittrata fuq imġieba ħażina waqt l-intervisti.
Bentancur huwa mistenni li jitlef bejn 6-12-il partita minħabba dawn il-kummenti.
Il-midfielder għandu sad-19 ta’ Settembru biex jirrispondi fuq dawn l-akkużi.
//= $special ?>