Wara ġimgħat ta’ tħejjija, Singapore laqa’ lill-Papa Franġisku għal żjara ta’ tlett ijiem li qed jagħmel fil-pajjiż bħala parti minn vjaġġ Pastorali fir-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku.
Il-vjaġġ ta’ 12-il jum hu wkoll l-itwal wieħed tal-Papa fir-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku, fejn enfasizza l-importanza tal-kwistjonijiet ambjentali u d-djalogu bejn id-diversi denominazzjonijiet tal-fidi.
Il-Pontifiku ċċelebra quddiesa ma’ 50,000 ruħ fl-Istadjum Nazzjonali ta’ Singapore.
Il-Papa, li għandu 87 sena, wasal f’Singapore, fejn inqas minn 10% tal-popolazzjoni – madwar 400,000 ruħ – jiddentifikaw ruħhom bħala Kattoliċi. Iż-żjara ta’ tlett ijiem tinkludi laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern, mexxejja reliġjużi u studenti.
//= $special ?>