Sport

Sospiż milli jilgħab il-hockey

L-Awstraljan Tom Craig ġie sospiż milli jilgħab il-hockey għal 12-il xahar wara li kien arrestat fuq suspett li xtara kokaina waqt l-Olimpjadi ta’ Pariġi 2024.

Craig irid iservi nofs il-projbizzjoni b’sitt xhur bħala sentenza sospiħa basta li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-kondotta u mġiba.

Hockey Australia kkonfermat li l-projbizzjoni bdiet fid-9 ta’ Settembru u li l-player ta’ 29 sena se jkun eliġibbli għall-iskwadra nazzjonali tal-2025, li għandha titħabbar fl-aħħar tas-sena.

Craig inħeles mingħajr akkuża, iżda ngħata twissija minn imħallef wara li l-Pulizija Franċiża żammewh wara li allegatament ipprova jixtri kokaina jiem wara li l-Awstralja tilfet il-kwarti tal-finali f’Pariġi.

Wara li nħeles mill-arrest, Craig ammetta li kien għamel żball terribbli u skuża ruħu mal-familja tiegħu, ħbieb, sħabu u t-tim Olimpiku tal-Awstralja.

Chef de mission tal-Awstralja, Anna Meares, qalet li Craig huwa persuna tajba li iżda wettaq deċiżjoni ħażina.

Craig lagħab aktar minn 100 partita għall-Awstralja u kien fit-tim li kiseb  il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Tokyo fl-2021.