Futbol Sport

Ten Hag jirrispondi għall-kritika ta’ Cristiano Ronaldo

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag irrisponda l-kritika tal-eks plejer tar-Red Devils Cristiano Ronaldo, li l-Portuġiż għamel f’intervista riċenti ma’ Rio Ferdinand.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Balon D’Or ikritika b’mod dirett lill-kowċ fuq il-mod ta’ kif beda jirrispondi fil-konferenza stampa ta’ qabel ma beda l-istaġun, u qal li bil-kummenti tiegħu fosthom fejn qal li l-iskwadra kurrenti ta’ Man. Utd tinsab il-bod milli tirbaħ il-kampjonat, huma demotivanti għall-plejers.

Ronaldo kompla jgħid li minkejja li jaqbel ma’ Ten Hag, bħala l-kowċ tat-tim, l-Olandiż kellu jagħti messaġġ differenti fil-pubbliku, messaġġ ta’ kuraġġ.

Erik Ten Hag irrisponda għal din il-kritika lbieraħ waqt intervista qabel il-partita kontra Southampton, bl-Olandiż jistqarr li mhux jagħti każ il-kummenti ta’ Ronaldo, u kummenti esterni mhux mill-klabb humma rrelevanti għalih u għall-iskwadra tiegħu. Ten Hag kompla jgħid li Ronaldo jinsab il-bogħod fl-Arabija Sawdija, u mhux f’ Manchester, u b’hekk qatt ma jista jifhem is-sitwazzjoni kurrenti, u wisq inqas jikkumenta fuq din l-istess sitwazzjoni.