Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Sour Bartolomea fl-età ta’ 100 sena

Illum tħabbret il-mewt ta’ Suor Bartolomea li f’Jannar kienet għalqet l-età ta’ 100 sena. Suor Bartolomea kienet tgħix fil-Kunvent tal-Agostinjani f’Ħal Qormi li jilqa’ fih 10 soru. 

Maria Antonio Galea, li meta saret soru ħadet l-isem ta’ Sour Bartolomea, twieldet Kerċem Għawdex fit-12 ta’ Jannar tal-1924.

Hi kienet daħlet soru meta kienet marret tqerr u l-qassis kien ħeġġiġha biex issir sorru. Dakinhar hi kellha 27 sena.

F’intervista ma’ Net News, hi kienet qaltilna kif għal xi snin kienet isservi bħala Headmistress. U minn taħtha għaddew bosta studenti li llum il-ġurnata għandhom il-professjoni tagħhom.

Għal 40 sena sħaħ, hi kienet ukoll Segraterja tal-parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, li lejh għandha devozzjoni kbira.

Il-funeral tagħha se jsir għada l-Ġimgħa fis-2:30pm fil-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan Martri, Ħal Qormi.