Lokali

Daniel Micallef jappella għall-għaqda fil-Labour: “Jeħtieġ naqtgħu biċċa minn ilsienna”

Id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef, illi issa irriżenja mill-kariga tiegħu, iddikjara kemm jinsab kburi bil-ħidma li għamel fl-aħħar snin. Iżda wissa li l-Partit Laburista ma jistax jibqa’ reattiv. Dan filwaqt illi appella għall-għaqda.

Fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Labour, Daniel Micallef stqarr li hemm bżonn jinqata’ ħafna diskors diviżiv li qed isir fi ħdan il-Partit Laburista. U nsista li jeħtieġ “naqtgħu biċċa minn ilsienna”.

“Hemm urġenza għal bidliet”, qal Daniel Micallef. “Jeħtieġ ferm aktar minn hekk. Ma nistgħux ningħalqu fina infusna.”

Ma naqsux ukoll il-botti tal-Perit Micallef. “Fl-eqqel tal-kampanja elettorali ma mortx fuq il-palk. Ħafna drabi bqajt hawn fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista”, stqarr Micallef.

F’dan id-diskors, Daniel Micallef tenna li hu se jibqa’ jaħdem favur l-ewtanasja.

Il-Konferenza, intant, fetħet bil-President Ramona Attard issellem il-memorja ta’ Karl Gouder b’minuta silenzju.