Internazzjonali

Donald Trump jhedded lil Taylor Swift: “Se tbati din id-deċiżjoni fis-suq”

Donald Trump b’theddida ċara għal Taylor Swift – se tkun qed tħallas prezz talli appoġġjat lil Kamala Harris publikament wara d-dibattitu.

Wara d-dibattitu illi sar l-Erbgħa li għadda bejn iż-żewġ kandidati għall-President tal-Istati Uniti Kamala Harris u Donald Trump, il-kantanta famuża Taylor Swift ħarġet tappoġġja publikament lil Kamala Harris.

Fejn f’post fuq il-midja soċjali tagħha tenniet illi Harris tħaddan il-valuri li tħaddan Swift u għalhekk se tkun qed tivvota lill-amministrazzjoni Harris – Walz fl-elezzjonijiet ta’ Novembru li ġej.

Ritratt: Instagram

Huwa għalhekk illi Trump, tenna ma’ Fox News illi Swift se tkun qed tħallas prezz fis-suq talli għażlet li turi l-appoġġ tagħha lil Kamala Harris, fejn spjega illi Swift minn dejjem kienet persuna liberali illi dejjem tidher li tappoġġja kandidat minn naħa tal-Partit Demokratiku.