Lokali

“Li rbaħna darba darbtejn mhix garanzija li se nibqgħu nirbħu” – Chris Fearne

Fi kliem id-deputat Laburista Chris Fearne, il-Labour irid iħalli lil min jaħdem miegħu. “Ma nistgħu ingerrxu lil ħadd”.

Hekk stqarr Fearne fil-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, fejn insista li l-partit ma jistax jibqa’ sejjer iwarrab in-nies.

“Li rbaħna darba darbtejn mhix garanzija li se nibqgħu nirbħu”.

F’diskors mimli analoġiji u tqabbil mal-futbol, Chris Fearne saħaq li l-PL irid jinfetaħ. Dan filwaqt illi qal li l-Labour għandu jkollu viżjoni.

Quddiem sala nofsha vojta – fejn ħareġ ċar in-nuqqas ta’ interess mid-delegati Laburisti – Chris Fearne insista li l-Partit Laburista jrid jisma x’qed jgħidu n-nies. U bħala partit, irid ikun jaf fejn irid imur. “Aħna partit Soċjalista”, stqarr Fearne fid-diskors tiegħu.

Fl-aħħar tad-diskors, Chris Fearne qal li se jieħu pass lura; iżda se jibqa’ Laburist.