Lokali

Mewġa ta’ messaġġi li huma xhieda tar-rispett li Karl Gouder kien igawdi

Dalgħodu, aktar persuni komplew joħonqu l-foyer tad-Dar Ċentrali sabiex isellmu lill-eks deputat Karl Gouder – il-persuna li għal snin twal ħadem fid-Dar Ċentrali, u mexxa l-media tal-Partit Nazzjonalista.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Karl Gouder se ssir għada fil-11 am fil-Knisja ta’ San Ġiljan. U wara ċ-ċelebrazzjoni se jsir korteo illi se jgħaddi minn quddiem il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fejn Karl Gouder serva bħala Sindku.

Il-korteo se jgħaddi wkoll minn quddiem id-Dar Ċentrali fejn se jingħata tislima mill-impjegati kollha, volontieri, ħaddiema tal-media, u dawk kollha li jaħdmu fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista.

Net Television se jkun ixandar trażmissjoni diretta taċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Karl Gouder, mill-10:45am ‘il quddiem.