Futbol Sport

Michele Marcolini jitneħħa minn kowċ tat-tim nazzjonali Malti

Ritratt: Joseph Galea

Il-Ġimgħa filgħaxija f’komunikazzjoni l-Malta FA ħabbret li il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini tneħħa mill-kariga tiegħu b’effett immedjat. Id-deċiżjoni ttieħdet wara l-aħħar prestazzjonijiet tat-tim nazzjonali, bil-kuntratt tal-kowċ kien se jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024. L-Assistent kowċ David Mandelli ukoll tneħħa mill-kariga tiegħu. Il-Malta FA irringrazzjat liż-żewġ kowċis għall-kontribut professjonali li taw matul iż-żmien li għamlu fil-kariga. Intant, l-Malta FA se tkun qed tħabbar aktar informazzjoni dwar il-karigi wara l-laqgħa tal-Bord Eżekuttiv li jmiss.