Raġel ta’ 46 sena residenti l-Birgu weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, fi triq it-Teatru l-Antik il-Belt Valletta.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher illi għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu raġel tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla Sym Symphony illi kien qed isuq u waqa’.
Fil-post isejjħu minnufieh il-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u ambulanza illi ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat illi qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar dan il-każ.
//= $special ?>