Il-President Russu Vladmir Putin jhedded lil NATO – illi jekk l-Ukrajna titħalla tolqot lit-territorju Russu b’missili li ġew magħmula mill-Punent – in-NATO se tkun qed tiddikjara gwerra mar-Russja.
B’Putin jibqa’ jhedded illi dan l-avveniment, ikun bidla kbira fil-Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna u skontu, jfisser involviment dirett tal-pajjiżi fin-NATO – pajjiżi li jinkludu l-Istati Uniti, flimkien ma’ nurmu ta’ pajjiżi fl-Ewropa.
Fid-dawl ta’ dan, il-Prim Ministru Brittaniku Keir Starmer, f’laqgħa li kellu mal-President tal-Istati Uniti Joe Biden insista illi l-Brittaniċi mhux qed ifittxu kunflitt iżda tenna li l-Ukrajna għandha kull dritt tiddefendi lilha nfisha fi gwerra li bdew ir-Russi.
Għaldaqstant, il-President tal-Istati Uniti illimta d-distanza li missili pprovduti mill-Amerka jistgħu jiġu sparati lejn il-fruntiera tar-Russi dan sabiex tiġi evitata eskalazzjoni tal-gwerra.
Dan kollu jiġi wara li fi żviluppi riċenti, skont l-Istati Uniti l-Iran ipprovda missili ballistiċi lir-Russja.
//= $special ?>