Lokali

Żewġ persuni jiġu salvati wara li nqabdu f’għar biswit il-bajja tal-Ġnejna

Żewġ persuni ġew salvati wara li sabu ruħhom f’diffikultà fl-għar Ta’ Maria biswit il-bajja tal-Ġnejna.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejjħa fil-Ġnejna wara li żewġ persuni sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu qed jgħumu fl-għar Ta’Maria biswit il-bajja tal-Ġnejna kaġun ta’ riħ qawwi li ħakem l-inħawi.

Fil-post isejjħu minnufieh l-Forzi Armati u anke t-taqsima marittima tal-Protezzjoni Civili sabiex isalvaw lil persuni – illi jidher li ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Skont informazzjoni illi kiseb NetNews jidher illi l-ewwel rapport li sar kien dwar persuni f’diffikultà fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna, iżda wara ġie kkonfermat li kienu żewġ persuni fl-għar Ta’ Maria viċin il-Ġnejna.