Lokali

Edizzjoni speċjali ta’ il-Mument

L-edizzjoni tal-gazzetta ‘il-mument’ ta’ nhar il-Ħadd se tkun edizzjoni speċjali, iddedikata lil Karl Gouder, li kien Chief Operations Officer ta’ dan l-istazzjon.

Il-gazzetta ‘il-Mument’ se tinkludi artikli u intervisti dwar il-ħidma importanti li wettaq Karl Gouder fl-aħħar snin, kif ukoll diversi ritratti li huma xhieda tal-ħajja tiegħu.

Din l-edizzjoni se tkun tislima speċjali li tinkludi wkoll rapporti u reazzjonijiet mingħand bosta persuni wara din it-telfa, li ħalliet impatt kbir fuq il-ħaddiema ta’ Net Media.

Mill-ġdid, f’isem il-kumpanija, inwasslu l-kondoljanzi lill-familja ta’ Karl Gouder.