Budget 2025 Ekonomija Lokali

“L-iskema Stabbiltà ma ħadmitx” – Il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji

Illum nistħu ngħidu illi l-iskema Stabiltà ma ħadmitx.

Hekk stqarr ma’ Net News Paul Abela il-President tal-Kamra tal-Intraprizi Żgħar u Medji, propju fil-jum li fih preżentaw il-pre budget document. Fejn Iċ-Chamber of SME’s qalet li meta il-Gvern introduċa l-iskema Stabilta, ma kkonsultax mal-unions.

 L-iskema Stabiltà ġiet introdotta f’Jannar li għadda mil-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri b’ħafna pompi, biex suppost il-prezzijiet tal-ikel bażiku ma jogħlewx. Madanakollu kif qal Paul Abela din kienet skema li ma ħadmitx.

 Fost oħrajn din l-iskema ma kienitx tinkludi frott u ħaxix frisk, bajd, ġobon, perżut u lanqas laħam.

 Iċ-Chamber of SMEs mhux l-unika għaqda ili tkelmet dwar l-iskema Stabiltà hekk kif il-Kamra tal-Kummerċ aktar kmieni din is-sena għamlet analiżi dwar l-impatt tal-iskema – analiżi illi uriet li l-effett tal-iskema kien insinifikanti meta tikkunsidra li l-inflazzjoni qed togħlli rasha kuljum.