L-istatwa artistika ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun, li għal dawn l-aħħar jiem kienet esposta fil-Bażilika Minuri ta’ Sant’Andrea Della Valle f’Ruma, ilbieraħ iddaħħlet fil-Bażilika Maġġuri ta’ San Pietru, fil-Vatikan, ġurnata qabel il-waqt minħabba l-maltemp li ħakem il-kapitali Taljana lbieraħ.
Skont il-programm ta’ attivitajiet f’għeluq il-500 sena tal-Ordni tat-Teatini, imwaqqaf proprju minn San Gejtanu u żewġ saċerdoti oħra, l-istatwa kellha tiddaħħal proċessjonalment fil-Bażilika ta’ San Pietru dalgħodu, imma minħabba l-previżjoni ta’ aktar xita l-organizzaturi ħasbu li jkun aħjar li l-istatwa tiddaħħal il-bieraħ.
Jekk illum it-temp jippermetti l-istatwa mistennija tinħareġ fi Pjazza San Pietru u l-madwar għall-ħabta ta’ nofsinhar, wara l-quddiesa tal-11am. Kelliem għall-organizzaturi qalilna li jekk it-temp jippermetti u kollox imur sew, il-Papa Franġisku għandu jieqaf għal mument qasir quddiem l-istatwa u jbaxxi rasu quddiemha.
//= $special ?>