Lokali

L-MDA bil-proposti tagħha għall-Budget


L-MDA ħabbret 26 proposta għall-budget annwali għas-sena 2025, waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Gvern fil-Berġa ta’ Kastilja.


l-MDA issostni illi l-Baġit għas-sena li ġejja huwa wieħed kruċjali, speċjalment fis-settur tal-Proprjeta’. Dan partikolarment il-għaliex għandu s-saħħa li jindirizza għadd ta’ nuqqasijiet osservati matul is-snin kif ukoll jista’ jħejji d-direzzjoni u l-pjan tal-Gvern għas-snin li ġejjin.


Il-Proposti tal-MDA iffukaw b’mod partikolari fuq temi ta’ kwalita’, is-sostenbbilta’ u l-affordabilta’ tal-proprijetajiet, fuq il-kwalita’ ta’ ħajja aħjar u reviżjonijiet oħrajn illi jindirizzaw il-burokrazija. Il-proposti inkludew fost oħrajn; riduzzjoni tat-taxxa fuq donazzjonijiet bejn il-familjari diretti, allokar ta’ fond biex jiġu akkwistati proprietàjiet f’żoni urbani sabiex jiġu kkonvertiti fi’ spazzji ħodor li huma miftuħa għall-pubbliku kif ukoll il-possibilità li individwi illi ottjenew self mill-bank ikunu jistgħu inaqqsu l-imgħaxxijiet mit-taxxa ta’ dħul taghħom.