Jekk mingħalik li hawn Malta hawn it-traffiku – sejjer żball. Mhux minnu dak li qed tgħid – m’hawnx traffic.
Dan dejjem skont l-ewroparlamentari Laburista Daniel Attard li tenna li mhux minnu li hawn it-traffik f’intervista li saritlu fuq One – fil-preżenza tal-Ministru tat-Trasport Chris Bonnett.
Surrealment, dan huwa kliem l-ewroparlamentari Laburista Daniel Attard – minkejja l-fatt li fil-verità jeżistu numru ta’ studji mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikat fi Frar tal-2024 li jgħid li l-vetturi liċenzjati f’Malta żdiedu b’aktar minn 115,607 bejn l-2014 u 2024.
Bl-Uffiċċju tal-Istatistika jippubblika studju ieħor – proprju fit-30 ta’ Lulju tal-2024 li wera li fit-tieni kwart tas-sena 2024, il-vetturi liċenzjati żdiedu b’765 cioè b’63 vetturi kuljum.
Fejn kompla jgħid li mhu veru xejn li l-infrastruttura ta’ pajjiżna qiegħda agħar milli kienet u dejjem qed tkompli tiggrava. Cioè – li l-korpi kostitwiti fost oħrajn il-Kamra tal-Kummerċ, flimkien mal-gazzetti lokali – qed jigdbu wkoll.
Intant, skont l-MEP favorit qalb il-faxxa ta’ Joseph Muscat, illum il-ġurnata l-maġġoranza tal-istudenti Universitarji m’għadhomx isibu konġestjoni tat-traffiku sabiex jitilgħu fit-tramuntana ta’ Malta fost oħrajn lejn ir-Rabat, l-Imtarfa u Ħad-Dingli.
Dan għaliex, dejjem skont Daniel Attard, it-traffiku llum qiegħed ħafna aħjar minn ħames snin ilu – jiġifieri aħjar minn żmien, issa d-Deputat Mexxej Laburista, Ian Borg meta kien jokkupa l-kariga ta’ Ministru tat-Traffiku.
Skont Attard m’hawnx problema ta’ traffiku, imma suċċess ekonomiku għaliex hawn familji li għandhom ħafna aktar karozzi.
//= $special ?>