Lokali

AĠĠORNATA: Familja teħlisha b’miraklu wara li waqa’ saqaf ta’ kurutur

Membri tal-Protezzjoni Civili u diversi Pulizija issejħu fi Triq il-Qrejten fil-limiti Tal-Pieta wara li tard bil-lejl sfronda saqaf.

Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit ikkonfermaw li l-kaz seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl meta instema’ ħoss qawwi. Fir-residenza, f’dak il-ħin, kien hemm erba’ persuni illi kienu reqdin. Huma stenbħu bil-ħoss tat-tiġrif, u sabu ma wiċċhom daħna qawwija – iżda irnexxilhom joħorġu mill-binja.

Net News jista’ jikkonferma li ħadd ma weġġa’, filwaqt li l-Pulizija evakwaw żewġ residenzi f’din il-blokka.

Fil-post waslet ukoll ambulanza sabiex tassisti lil din il-familja għax-xokk li ħadu.

Il-Pulizija qed jinvestigaw id-dinamika ta’ dan l-incident.