Raġel ta’ 43 sena, bi problema ta’ droga ġie mixli li stupra lil martu u li heddidha li “jgħallaqha b’purtiera wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih hekk kif ġiet miċħuda lilu t-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, anke biex tiġi protetta l-allegata vittma u l-familja tagħha nżamm arrestat.
Il-każ seħħ allegatament seħħ fit-18 ta’ Novembru tal-2023, meta r-raġel għall-ħabta tat-3.30am, mingħajr kunsens, sforza ruħu fuqha minkejja r-reżistenza tagħha. Il-prosekuzzjoni qalet li meta l-mara ppruvat tirrifjuta, żewġha qattgħalha ħwejjiġha u benġilha. Hippreżentat ritratti fil-Qorti bħala xhieda ta’ dan kollu..
Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-att seħħ fil-viċinanzi ta’ binhom ta’ tmien snin, li seta’ jisma’ u jifhem dak li kien għaddej. Fil-Qorti rriżulta wkoll li l-akkużat għandu problemi ta’ droga, u minn dakinhar tal-inċident ittieħdet id-deċiżjoni konsenswali li r-raġel jitlaq mid-dar matrimonjali u jmur jgħix għal rasu.
Ir-rapport seħħ nhar il-Ħamis li għadda meta l-mara rċeviet telefonata mingħandu dwar bejgħ tal-propjetà fejn tgħix. Il-koppja tlewmet, bl-akkużat spiċċa jheddidha li se tintuża vjolenza kontriha u “jgħallaqha b’purtiera”.
Id-difiża argumentat li m’hemmx biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi għax minn Novembru tal-2023 sa Settembru tal-2024 ma kien hemm l-ebda inċidenti u tul dan iż-żmien ikkomunikaw bi qbil u qatt ma resaq lejn id-dar ħlief biex jiġbor lit-tifel.
Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u rrakkomandat li l-prosekuzzjoni ttella’ lill-vittma, kif ukoll lil minuri biex jixhdu fis-seduta li jmiss. Ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma, li l-akkużat ma jsegwix il-movimenti tagħha, ma jmurx fejn toqgħod u fejn taħdem u ma jattakkax jew jimmolestaha b’mod verbali jew bil-mezzi soċjali.
Il-Qorti nfurmatu li jekk jikser din l-ordni, l-akkużat jeħel €7,000 u priġunerija ta’ sentejn, jew it-tnejn flimkien. Din l-ordni se tibqa’ fis-seħħ sas-sentenza finali.
//= $special ?>