Raġel u mara li qalu lill-Qortti li ma jaħdmux inżammu arrestati wara li ġew mixlija li wettqu rikatt ta’ dimensjoni kbira fil-konfront ta’ diversi rġiel wara li avviċinawhom fuq Facebook u talbuhom il-flus. Clifford Garett ta’ 35 sena minn San Ġwann u Karen Grech ta’ 45 sena mir-Rabat tressqu quddiem il-Maġistrat Victor Axiak mixlija li kisbu ammonti ta’ flus jew proprjetà bi pretenzjonijiet foloz.
Dawn kienu jinkludu każijiet oħra ta’ qligħ frawdolenti u rikatt bil-ħsieb li jġibu l-flus b’mod qarrieqi. L-Ispettur Stephen Gulia qal lill-Qorti li l-Pulizija investigat sensiela ta’ rapporti minn Ġunju sa Settembru ppreżentati minn irġiel li ġew avviċinati mill-akkużati fuq il-midja soċjali u ġew rikattati bil-ħsieb li l-imputati jaqgħilu l-flus.
L-Ispettur Gulia asaħaq li l-koppja heddew lill-vittmi li jibgħatu l-filmati jew ritratti, jew it-tnejn, tal-irġiel lill-qraba tagħhom kif ukoll lill-membri tal-post tax-xogħol tagħhom. Filwaqt li Grech avviċinat lill-vittmi fuq il-midja soċjali, Garrett allegatament kien jiġbor il-flus kontanti.
F’okkażjonijiet oħra, il-vittmi kienu jittrasferixxu l-flus lill-akkużati b’mezzi online. Huwa ġew arrestati nhar il-Ġimgħa fir-residenza ta’ Grech fir-Rabat. Fil-Qorti ħareġ li l-akkużati estorċaw żewġ vittmi għal €1,260 u €80 rispettivament.
Il-mara kienet akkużata wkoll li rikattat irġiel oħra, fosthom li akkwistat €780 minn raġel ta’ 63 sena, €100 minn persuna oħra u €50 minn oħra. Garrett kien akkużat li kiser żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ u li sar riċediv..
Huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Huma mifhum li kienu l-ewwel jagħmlu kuntatt mal-vittmi tagħhom billi jibagħtulhom imejls biex jibdew konversazzjoni, imbagħad kienu jhedduhom li jikxfu dak li ntqal fil-konverżazzjoni u jaqsmu kontenut sesswali li juri l-allegati vittmi tagħhom.
L-avukat difensur José Herrera għamel talba għall-ħelsien mill-arrest f’isem Grech. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha billi argumentat li kien hemm numru ta’ xhieda ċivili li għad iridu jixhdu fosthom vittmi u qraba tagħhom. L-Ispettur Gulia saħaq ukoll li waħda mill-vittmi hija raġel “vulnerabbli” ta’ 63 sena.
L-Avukat Herrera qal li l-mara għandha kondotta nadifa u li qatt ma xelfet ruħha mal-ġustizzja. L-Ispettur Gulia kompla jinsisti fuq l-oġġezzjoni tiegħu. “Wieħed jeħtieġ li jqis in-natura serja tar-reat. Kellna problema wkoll għax l-allegati vittmi kienu joqogħdu lura milli jirrappurtaw l-inċidenti u għad iridu jixhdu,” qal l-Ispettur.
Tenna wkoll li Grech ma tadimx u m’ għadhiex il-mezzi biex tmantni lilha nnifisha. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti ċaħdet lit-tnejn il-ħelsien mill-arrest. L-Ispetturi Stephen Gulia, Ritienne Gauci u Joseph Mallia mexxew il-prosekuzzjoni. Għall-akkużati dehru l-avukati José Herrera u Martina Herrera.
//= $special ?>