Neil Camenzuli
MOSTA …………………………………. 1
ĦAMRUN SPARTANS …………… 0
Mosta: D. Udoh, P.Afriyie, L. Coulibaly (S.Cachia 90′), S.Kone (L.Rosa 71’, M.Gomes 90′), G. Goncalves (S.Okereke 71’), C.Faila, A.Agyemang, V.Texeira, J.Vassallo. Z.Brincat (N.Agius 71’), L.Fernandes
Mosta: H.Bonello, S.Xerri, L.Montebello, M.Ondong (M.Ellul 81’), J.Mbong, R.Prsa, E.Freitas (H.Manarin 62’), W.Da Silva (S.Attard 62’), J.Corbolan (E.Bruno 46’), M.Barbosa, R.Camenzuli
Imwissija: C.Faila 45′ (M) E.Freitas 24’, L.Montebello 57′, J.Mbong 82′ E.Bruno 90′ (Ħ)
Tkeċċa: R. Camenzuli 80′
Skorjaw: S. Okereke 89′ (M)
Referee: Zammit Fyodor
Assistenti Referees: Duncan Spencer u Calleja Shaun
360 Sports Malta Premier: Prince Afriyie (Mosta)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Marques Barbosa (Ħamrun Spartans)
Mosta ħadu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara 4 partiti kontra wieħed mill-iktar timijiet b’saħħtu fil-kampjonat, hekk kif għelbu lil Ħamrun Spartans b’ gowl ta’ Okereke lejn l-aħħar tal-partita. Ħamrun Spartans iddominaw il-partita għall-maġġoranza tal-ħin, madankollu d-difiża ta’ Mosta kienet reżiljenti biżżejjed biex iżomm il-clean sheet. Din kienet ukoll l-ewwel telfa għall-Ispartans f’dan l-istaġun hekk kif f’4 partiti huma akkumulaw 7 punti, fejn rebħu tnejn, temmew fi draw darba, u tilfu għall-ewwel darba kontra l-Mosta.
Mosta ħarġu fuq l-offensiva wara 16-il minuta logħob permezz ta’ kontrattakk veloċi ta’ Zachary Brincat li mil-lemin lagħab xeħet kross lejn in-nofs b’ Barbosa jikklerja l-periklu u jdawwar f’korner.
Fil-35 minuta azzjoni perikoluża għall-Ispartans ikkrejata minn Elionay li rnexxielu jaqbeż żewġ plejers f’nofs il-grawnd u jilagħab f’saqajn Montebello, b’dan tal-aħħar jimpenja lill-goalkeeper Udoh biex jintervjeni.
Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima r-referee Fyodor Zammit saffar għall-penalty li wasal minn foul kommess minn Lassina Coulibaly fuq il-plejer ta’ Ħamrun Juan Corbolan.
L-attakkant Internazzjonali Malti Luke Montebello nkariga ruħu mill-penalty, bil-konklużjoni taħbat mal-minduda u mal-linja qabel ma tiġi kklerjata mid-difensuri Mostin, bl-iskor sat-tmiem tal-ewwel taqsima jibqa’ 0-0.
Fit-52 minuta Ħamrun Spartans resqu viċin tal-gowl għal darb’oħra permezz ta’ Ondong Mba li minn tarf il-kaxxa ttanta xortih, madankollu l-konklużjoni spiċċat f’idejn Udoh.
Ftit minuti Ħamrun kienu perikolużi mix-xellug meta d-difensur laterali Camenzuli daħal b’ġirja tajba fil-kaxxa u pprova jsib ix-xibka, bix-xutt tiegħu jkun devjat f’korner.
Mosta rrispondew fit-68 minuta b’konklużjoni mill-bogħod ta’ Goncalves li għaddiet ftit għoli.
Is-sostitut ta’ Ħamrun Shaisen Attard daħal tajjeb hekk kif fis-77 minuta rċieva ballun fuq in-naħa tal-lemin u qatgħa lejn ix-xellug, biż-żagħżugħ jitfa’ ftit għoli mir-rokna ta’ fuq tax-xellug.
Id-difensur laterali Ryan Camenzuli ntwera l-karta ħamra diretta fit-80 minuta hekk kif tkellem ħażin fil-konfront tar-referee. Ħamrun Spartans komplew il-partita b’10 minn nies li eventwalment anka wassal għall-ewwel telfa tal-Ispartans f’dan l-istaġun.
Mosta ħasdu lill-avversarji hekk kif fid-89 minuta is-sostitut Sunday Okereke ħarab b’ġirja veloċi minn bejn id-difensuri Ħamruniżi u rnexxielu jdur madwar il-goalkeeper Bonello li ħareġ minn fuq il-linja tiegħu, bl-attakkant Niġerjan isib ix-xibka b’daqqa ta’ ras kalma.
//= $special ?>