Futbol Sport

Sliema lura fl-ewwel post b’rebħa fuq Marsaxlokk

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Andrè Muscat

MARSAXLOKK………………… 0

SLIEMA WANDERERS………. 1

Marsaxlokk: M. Drobnjak, J. Santos, J. Ghio (K. Micallef 58’), Y. Messias (N. Carvalho 74’), D. Bonnici, U. Arias, A. Gomes, M. Beltre (R. Holzhauser 58’), L. Aguirre, N. Raden, R. Scicluna

Sliema Wanderers: K. Emeka, J. Borg, A. Magri Overend (C. Attard 80’), V. Plut (E. Agius 80’), S. Da Mata (A. Mohammed 74’), M. Beerman, G. Alcino, W. Da Silva (F. Ramos Da Silva 74’), H. Murilo, S. Zibo, S. Pisani (N. Frendo 86’)

Imwissija: J. Santos 15’ (M), J. Ghio 45+3’ (M)

Skorjaw: W. Da Silva 9’ (SW)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Max- Lee Muscat

360 Sports Plejer tal-Logħba: Samuel Gomes Da Mata (Sliema Wanderers)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Wescley Matos Da Silva (Sliema Wanderers)

Fit-Tony Bezzina Stadium tasal it-tielet rebħa tal-kampjonat Premier għal Sliema Wanderers din id-darba kontra Marsaxlokk rispettivament.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal minn Sliema Wanderers wara biss 3 minuti. Clearance ħażina tad-diffensur Xlukkajr Jefferson De Jesus Santos, bil-ballun jispiċċa f’saqqajn Da Mata, bil-Brażiljan ta’ Sliema jipprova xortih iżda x-xutt kien wisq ċentrali biex Drobnjak salva bla ebda diffikulta’.

Sliema Wanderers jiftħu l-iskor fid-9 minuta mill-ftuħ tal-partita, azzjoni mix-xellug mibdija minn Beerman, bl-Internazzjonali Malti jagħdi l-ballun fin-nofs lejn Vito Plut, b’dan tal-aħħar iniżel il-ballun lejn Wescley biex il-Brażiljan bla ebda diffikulta’ tefa l-ballun wara Drobnjak u tefa’ lill-Wanderers fil-vantaġġ.

Mal-kwarta logħob azzjoni oħra għall-Blues, freekick dirett ta’ Steven Pisani, il-goalkeeper Serb Marko Drobnjak intellaq minn tulu, biex seta’ jsalava l-ballun milli jispiċċa ġewwa u jżomm lix-Xlukkajri fil-partita.

Sliema viċin li jirduppjaw fl-23 minuta, mix-xellug Myles Breeman jitfa’ cross lejn in-nofs bil-ballun jispiċċa għand Wescley, b’dan tal-aħħar jitfa’ għoli fuq il-lasta ta’ Marsaxlokk.

Tasal l-ewwel azzjoni denja għax-Xlukkajri, kien l-akkwist il-ġdid tagħhom Arias li fl-24 minuta prova xutt mid-distanza bil-ballun spiċċa ftit għoli mill-lasta ta’ Emeka.

Save mill-isbaħ ta’ Drobnjak fl-40, wara li mix-xellug u f’possizjoni angolata il-Brażiljan tas-Sliema Gomes Da Mata jfajjar xutt mill-isbaħ, bil-goalkeeper Xlukkajr idawwar il-ballun f’corner.

B’żewġ minuti żejda fuq il-ħin regolamentari r-referee Philip Farrugia saffar tmiem l-ewwel taqsima, biex l-aħjar tim fil-ground matul din it-taqsima Sliema Wanderers daħlu jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0 fuq Marsaxlokk rispettivament.

Fit-53 minuta tasal l-ewwel azzjoni mill-ftuħ tat-tieni taqsima mit-tim Xlukkajr. Yuri Messias li b’azzjoni personali avanza lejn il-lasta Slimiża, hekk kif daħal fil-kaxxa l-kbira prova xutt bil-goalkeeper Agu Emeka salva bla diffikulta’.

Mas-siegħa logħob tasal l-ewwel azzjoni ta’ Sliema Wanderes, kien il-plejer bin-numru għaxra tagħhom Gomes Da Mata li prova xutt ċentrali b’Drobnjak salva mingħajr wisq diffikulta’.

Fit-82 minuta tasal l-aktar azzjoni perikoluża tax-Xlukkajri fil-partita, kien is-sostitut Patrick Carvalho Nonato li avanza fil-kaxxa l-kbira bil-goalkeeper Slimiż salva ix-xutt tal-attakant Xlukkajr, bil-ballun jispiċċa mtajjar mid-difiża Slimiża.

Mat-tisfira finali tar-referee Philip Farrugia, Sliema jkunu l-aħjar tim tul id-90 minuta u jieħdu l-punti massimi kontra Marsaxlokk, biex b’din ir-rebħa telgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika ma Birkirkara.

Bis-Sliema jibqa’ l-unika tim fl-ewwel erba’ logħbiet tal-kampjonat mingħajr ma qala goal, filwaqt li Marsaxlokk għadhom qed iffitxu l-ewwel punt f’dan il-kampjonat, fejn s’issa għandhom erba’ telfiet minn erba’ logħbiet.