Numru ta’ uffiċjali tal-AFM kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejin bi tfittxija għal xi persuni li ġew rappurtati nieqsa.
Il-każ seħħ ftit wara l-5pm, meta daħal rapport li kien hemm tnejn jew tliet persuni li ħarġu jgħumu u ma daħlux lura. Għalkemm id-dettalji ma kienux ċari.
Iżda s-CPD u l-AFM xorta ħarġu bid-dgħajjes tagħhom f’din in-naħa tal-gżira Għawdxija; fejn kien qed jaħkem mewġ pjuttost għoli minħabba r-riħ qawwi.
Jidher li l-operazzjoni qed testendi lejn iz-zona ta’ San Blas.
//= $special ?>