“Aħna tal-prinċipju, aħna tal-kelma, magħna dejjem taf fejn qiegħed”
Kliem li lissen il-Mexxej tal-Labour u Prim Ministru Robert Abela fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Laburista – l-istess Abela li xahar wara ieħor juri lil poplu Malti u Għawdxi li żgur ma jistax joqgħod fuq il-kelma tiegħu, fuq il-prinċipju tal-Gvern immexxi minnu jew saħansitra fejn qiegħed.
Dan wara n-numru kbir ta’ u-turns li l-istess Abela ħa fl-aħħar xhur u snin, lista twila da deċiżjonijiet ħżiena li kellu jsofrihom ħadd ħlief iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, uħud minnhom saħansitra b’ħajjithom.
Deċiżjonijiet li waslu sabiex insterqu mijiet ta’ miljuni ta’ ewro minn but il-poplu filwaqt li hemm diversi wegħdi li qed jibqgħu mhux imwettqa… b’pagi li joħorġu bl-addoċċ biex jagħlqu ħalq minn ma jaqbilx mat-tmexxija ta’ Abela.
Dan waqt li l-istess Robert Abela, ironikament, saħaq li l-Partit Laburista jemmen fil-ġustizzja soċjali – waqt li tal qalba jaqilgħu l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’pagi minfuħa.
Bil-Prim Ministru qed jagħmel minn kollox biex jiprova jnessi l-iżbalji ħoxnin li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin.
Intant, filwaqt li Abela ħambaq fuq it-tibdil sfurzat li l-Labour għadda minnu fit-tmexxija tiegħu wara r-riżultat tat-8 ta’ Ġunju, u qal li fehem il-messaġġ tal-poplu – kompla bir-retorika perikoluża u partiġjana tiegħu tal-aħna u l-huma.
U ftit wara li sellem il-memorja tal-mibki Karl Gouder, f’nifs ieħor allega li hawn klikka magħmula biex ixerrdu l-odju – iżda ma semma l-ebda grupp jew persuna speċifika – b’allegazzjonijiet li l-poplu qed jitolbu jissostanzja.
Intant, Robert Abela saħaq li l-kriżijiet u l-problemi li għandha quddiem wiċċna bħala pajjiż huwa frott il-ħidma ta’ 11-il sena tal-Labour…..u għax skont hu, il-bniedem qed jaspira għal aktar.
Dan meta taħt Gvern Laburista pajjiżna spiċċa b’infrastruttura mhux adegwata għall-eżiġenzi tal-poplu, b’waiting lists ma jispiċċaw qatt, u sistemi għarkupptejhom.
U waqt li l-Labour jinsab fi kriżi interna jitkarrbu għall-għaqda għaliex huma konxji bil-firda li hemm bejn il klikek li ħakmu l-Partit Laburista…. b’Abela jiprova jqajjem il-fiduċja fost il-grassroots permezz tal-għajjat solitu tiegħu fost oħrajn li mhux qed jibża’.
//= $special ?>