Lokali

“Diġà nqata’ mir-realtà li jiffaċċjaw ta’ kuljum il-Maltin” – PN

Wara biss ftit xhur fi Brussell, l-MEP Laburista Daniel Attard jgħid li mhux konvint li żdied it-traffiku f’pajjiżna

Wara biss tliet xhur Brussell, il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard jidher li diġà nqata’ għalkollox mir-realtà li jiffaċċjaw il-Maltin ta’ kuljum li jqattgħu sigħat twal fit-traffiku. Dan joħroġ ċar mill-kummenti li għamel fuq ONE fejn qal li mhux konvint li żdied it-traffiku f’pajjiżna, u jrid jara studju biex jikkonvinċi ruħu.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mix-Shadow Minister għat-Trasport u l-Mobbiltà, Mark Anthony Sammut, f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn tkompli tgħid li s-sena l-oħra stess ġie ppubblikat studju mill-Fakultà tat-Tisħiħ Soċjali tal-Università ta’ Malta li wera li 97% tal-Maltin jemmnu li t-traffiku żdied konsiderevolment fl-aħħar sentejn jew tlieta. Jidher li l-MEP Laburista Daniel Attard u l-Gvern Laburista huma fost it-3% li jaħsbu li dan mhux il-każ.

Kien hawnhekk fejn żdied jgħid li jekk lanqas biss jirrikonoxxu li hawn problema, aħseb u ara kemm qed jaħdmu biex isolvuha!