Internazzjonali

Donald Trump jinsab “qawwi u sħiħ” wara t-tieni attentat ta’ qtil

Donald Trump jisab “qawwi u sħiħ” wara t-tieni attentat ta’ assasinju fuqu f’temp ta’ xahrejn.

Intant, raġel armat intlemaħ fil-viċinanzi tal-korsa tal-golf, proprjetà ta’ Tump, fejn dak il-ħin hu kien qiegħed fil-korsa jilgħab. Iktar tard is-servizzi sigrieti Amerikani sparaw fuq l-allegat agressur però rnexxielu jaħrab b’vettura fejn aktar tard ġie arrestat.

Ir-raġel ġie identifikat bħala Ryan Wesley Routh ta’ 58 sena. Huwa mifhum li Routh kien fil-pusses ta’ AK-47, arma tan-nar magħrufa għas-saħħa tagħha. Fil-pusses tiegħu hu kellu wkoll Go-Pro u żewġ basktijiet oħra mimlija apparat fosthom skopes u bullets għall-istess arma tan-nar.

Ir-raġel ta’ 58 sena huwa residenti fl-istat tal-Hawaii wara snin residenti fl-Istat ta’ North Carolina. Huwa mifhum ukoll li r-raġel ivvota fl-elezzjonijiet għan-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku f’Marzu ta’ din is-sena, apparti rekords ta’ donazzjonijiet lill-istess Partit, dan anke wara li ġie magħruf li r-raġel ivvota għal Trump lura fl-2016. Routh kien ukoll instab ħati li kellu ‘machine gun’ fil-pusses tiegħu lura fl-2002.

Fi stqarija ftit wara l-inċident i,l-Pulizija fi Florida kif ukoll aġenti tas-servizzi sigrieti spjegaw kif din l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess għaliex l-Eks President Amerikan ma sofra l-ebda ġrieħi, kuntrarju għall-isparatura f’Lulju li għadda f’Pennsylvania.

Intant, din issa hija t-tieni darba li n-nominat Republikan għall-White House kien f’periklu ta’ assasinju, b’dan l-aħħar inċident ikompli wkoll joħloq ambjent ta’ tensjoni politika li qed dejjem tikber fl-Istati Uniti.

F’post fuq il-midja soċjali, Donald Trump irringrazzja lill-uffiċjali kollha tas-sigurtà filwaqt li sostna li xejn mhu ser iwaqfu milli fi kliemu jerġa’ jsaħħaħ l-Istati Uniti.

L-Viċi President Amerikana Kamala Harris ukoll appellat għall-paċi u l-unità fost l-Amerikani, b’reazzjoni għal dak li ġara.