Id-drama Ġappuniż ‘Shogun’ u s-serje ‘Baby Reindeer’ kif ukoll ‘The Bear’ iddominaw is-serata tal-Emmy Awards ta’ din is-sena.
B’Shogun ikun l-ewwel drama li ma jsirx bl-Ingliż li ngħata l-award għall-Aqwa Drama.
Però dan ma kienx l-uniku unur għal dan is-serje hekk kif wara din is-serata Shogun kiser ir-rekord għall-aktar Emmys mirbuħa. Dan is-serje li s’issa għandu staġun wieħed biss, rebaħ total ta’ 18-il Emmy, b’erbgħa minnhom intrebħu waqt is-serata tal-Ħadd filgħaxija.
Apparti minn hekk, l-atturi Hiroyuki Sanada u Anna Sawai huma l-ewwel atturi Ġappuniżi li rebħu l-unur għall-aqwa atturi fi drama. Waqt id-diskors tagħha, Sawai ddedikat l-unur tagħha għal dawk in-nisa li ma jippretendu xejn iżda jkomplu jkunu ta’ eżempju għal ħaddieħor.
Matul din is-serata s-serje ta’ fama internazzjonali ‘Baby Reindeer’ ukoll iddominat s-serata tal-Emmy Awards fejn ingħatat l-awards għall-aqwa kitba. Dan filwaqt li l-attriċi Jessica Gunning rebħet l-unur ta’ best supporting actress.
‘The Bear’ ingħata erba’ unuri fosthom fil-kategorija komika, iżda kien ‘Hacks’ li rebaħ l-unur għall-aqwa comedy.
L-attriċi Elizabeth Debicki rebħet l-ewwel Emmy tagħha għall-interpretazzjoni tal-Prinċipessa Diana fis-serje ta’ fama internazzjonali ‘The Crown’.
Intant, din kienet it-tieni serata tal-Emmy Awards għal din is-sena wara li s-serata li kellha ssir f’Settembru tas-sena li għaddiet saret fil-bidu ta’ din is-sena kaġun tal-istrajk tal-atturi u l-kittieba fl-Istati Uniti.
//= $special ?>