Lokali

Il-grupp Currant Daze jniedu l-ewwel album mużikali ‘Celestial Rhymes of Conviction’

Il-grupp mużikali Malti Currant Daze nedew l-ewwel album tagħhom bl-isem Celestial Rhymes of Conviction.

Currant Daze jiffukaw fuq il-mużika indie u alternative rock fejn fl-aħħar xhur rajna l-kanzunetti Out of Outlaws u Synthetic Panic. Biex issa ħadmu flimkien għal album ta’ kollezzjoni tal-mużika oriġinali.

Dan l-album ġie ffurmat fuq ideat tal-membri tal-grupp ibbażati fuq esperjenzi li għaddew minnhom tul is-snin.

Wara s-suċċess ta’ Currant Daze hemm il-kantant, Braden Sultana u l-gitarrist Bernard-James Vella.

Segwi l-mużika ta’ dan il-grupp hawnhekk.