Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jilqa’ lid-Deputat fil-Parlament Ingliż Kevin Bonavia

Waqt laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, id-Deputat tal-House of Commons Kevin Bonavia spjega lil Bernard Grech x’inhi l-viżjoni tiegħu għal-lokalità ta’ Stevenage – ir-raħal fejn jgħix. Dan hekk kif  il-partit li hu jirrapreżenta ġie elett wara 14-il sena fl-Oppożizzjoni.

Fil-fatt, fl-4 ta’ Lulju, fl-elezzjonijiet tar-Renju Unit, Kevin Bonavia – li hu ta’ dixxendenza Maltija – ġie elett bħala Membru Parlamentari fil-House of Commons f’isem il-Labour tal-Ingilterra.

Ritratt: Matthew Tabone

Bernard Grech u Bonavia tkellmu dwar l-affarijiet li jaffettwaw kemm lil Malta kif ukoll lir-Renju Unit fosthom il-kwistjoni tal-popolazzjoni, l-ogħli tal-ħajja, u l-bżonn ta’ mudell ekonomiku ġdid li jaħdem b’mod sostenibbli.

Tkellmu wkoll dwar kif ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Renju Unit għadhom b’saħħithom sal-lum, minkejja Brexit.

Ritratt: Matthew Tabone

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.