Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jinnomina lil Karl Gouder u Lorenzo Vella għal Ġieħ ir-Repubblika

Waqt intervent matul il-programm Perspettivi, fuq NET Television, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar li se jinnomina lil Karl Gouder u Lorenzo Vella għal Ġieħ ir-Repubblika bħala apprezzament tas-servizz li taw lill-pajjiż matul ħajjithom.

Ritratt: Matthew Tabone

Karl Gouder serva bħala Membru Parlamentari bejn l-2010 u l-2013, bejn l-2016 u l-2017 u bejn l-2017 u l-2022. Serva wkoll bħala Sindku ta’ San Ġiljan, fejn għex u trabba, kif ukoll fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Mill-2013 ‘il quddiem, Karl Gouder serva lil NET Media fi rwoli diversi, fosthom fid-dipartiment tar-reklamar u bl-aħħar rwol li serva kien dak ta’ Chief Operations Officer. Persuna li kienet maħbuba ferm mill-impjegati għax-xogħol siewi li wettaq.

Ritratt: Matthew Tabone

Lorenzo Vella kien il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u kien ilu jservi f’din il-kariga minn Marzu 2023, hekk kif matul il-karriera tiegħu serva f’diversi karigi fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea. Hu dejjem serva bid-diplomazija u r-reqqa li rrikjedew il-karigi li kien fiduċjat bihom.