Il-Membru Parlamentari Ewropew Daniel Attard ilu ftit tal-ġimgħat jgħix barra minn pajjiżna, jaħdem fil-Parlament Ewropew fi Brussell. Ġimgħat li jidher li nqata’ mir-realtà li kull Malti u Għawdxi qed jgħix ta’ kuljum, imwaħħal fit-traffiku tista’ tgħid f’kull ħin tal-ġurnata.
Dan hekk kif il-Ħadd qal f’intervista fuq ir-radju Laburista, li mhux minnu li f’pajjiżna hawn it-traffiku. Xi ħaġa li qajmet rabja kbira fost dawk li ta’ kuljum jeħlu fit-traffiku biex imorru ġurnata xogħol, jagħmlu xi qadja, u huma u sejrin lura d-dar għall-mistrieħ.
B’kumment fuq Facebook b’reazzjoni għal dan id-diskors, kien wieħed sempliċi u indirizzat lil Attard – “Mela tgħix fuq il-qamar?”
B’ħafna jirridikolaw id-diskors ta’ Attard hekk kif qalu li żgur juża’ ħelikopter biex imur minn post għall-ieħor hekk kif bil-vettura żgur se teħel fit-traffiku fit-toroq ta’ pajjiżna.
Dan meta wħud saħqu kif vjaġġ li m’għandux jieħu iktar minn 20 minuta, qed jieħu siegħa biex sempliċiment tasal minn raħal għall-ieħor għaliex tagħmel iktar ħin imwaħħal fit-traffiku milli ssuq.
B’kumment ieħor jistaqsi jekk diġà wasalx April’s Fool wara li ma setax jemmen id-diskors ta’ Attard.
Studju maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblikat fi Frar tal-2024, juri li l-vetturi liċenzjati f’Malta żdiedu b’aktar minn 115,600 bejn l-2014 u 2024. Bil-vetturi liċenzjati qed jiżdiedu bi 63 vettura kuljum.
U apparti ż-żieda drastika ta’ vetturi fit-toroq Maltin, l-infrastruttura hi waħda tal-biki. Tant li sat-Tnejn stess, mijiet ta’ persuni spiċċaw imwaħħlin fi traffiku li ma jispiċċa qatt sempliċiment għax karozza ħadet in-nar.
B’Marsa-Ħamrun bypass li spiċċat imwaħħla kompletament minn sbieħ filgħodu, b’persuni li spiċċaw waslu tard għax-xogħol u appuntamenti li kellhom għaliex it-traffiku baqa’ mwaħħal erba’ sigħat wara li seħħ l-inċident.
B’persuna tistaqsi kif jista’ jkun tieqaf Malta sempliċiment għax karozza waħda ħadet in nar. U kumment ieħor ifakkar li ġimgħat ilu, il-Ministru, b’pompa kbira, kien ħabbar li waqqaf sezzjoni ġdida fil-Korp tal-Pulizija biex meta jkun hemm xi inċident tat-traffiku, jintervjenu huma biex it-toroq ma jkollomx jingħalqu. Xi ħaġa li turi paroli biss u ebda azzjoni mill-Gvern Laburista.
//= $special ?>