Aktar minn 200 persuna mejta u 80 oħra nieqsa wara għargħar katastrofiku li laqat il-Myanmar.
Wara li t-tifun Yagi laqat diversi pajjiżi fosthom il-Vietnam u Thailand, issa wasal ukoll f’Myanmar fejn irriżulta f’għargħar katastrofiku u valangi tat-tajn.
Fid-dawl ta’ dan, medda kbira ta’ art sfat megħrqa u għalhekk l-uċuħ tar-raba’ sfaw mgħarrqa wkoll b’riżultat li mijiet ta’ persuni issa jinsabu bla ikel, ilma għax-xorb, saqaf fuq rashom u anke ħwejjeġ.
Intant, skont rapporti internazzjonali jidher li aktar minn 500 ruħ mietu sa mill-bidu ta’ Settembru kaġun ta’ dan it-tifun.
//= $special ?>