Sport

Floriana jirbħu lil Naxxar Lions

Tony Bezzina Stadium

Naxxar Lions      0         Floriana   2

Floriana kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Naxxar Lions 2-0 b’żewġ gowls ta’ Sasere fit-tieni taqsima.

Fl-ewwel azzjoni kien Owen Spiteri li żmarka lil Thiaginho li kien imċaħħad minn save ta’ Debono. Minkejja pressjoni, Floriana kienu nieqsa minn azzjonijiet minkejja li  fil-41 minuta Debono salva xutt fil-baxx ta’ Reid.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima kienet wara għaxar minuti b’daqqa ta’ ras ta’ Dunstan Vella minn kross ta’ Lonardelli. Fit-58 minuta Lonardelli twaqqa’ minn Pedro Vitor u mill-penalty Franklin Sasere ma żbaljax.

Wara l-gowl Naxxar ippruvaw iwettqu reazzjoni fejn fis-86 minuta xutt ta’ Haber għadda jħakkek mal-mimduda. Fid-90 minuta Floriana għalqu l-partita meta xutt ta’ Jake Grech ġie għand Sasere li bit-takkuna kompla għal ġewwa għall-iskor finali ta: Naxxar Lions 0    Floriana   2

Referee : Trustin Farrugia Can