Il-Kummissarju Ewropew nominat minn Malta, Glenn Micallef, ingħata l-portafoll taż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport.
Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Fil-formazzjoni ta’ din il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida, Ursula von der Leyen inkludiet Kummissarju dedikat speċifikament għall-Mediterran. Għalkemm dan il-portafoll ma ngħatax lil Glenn Micallef.
Ir-responsabbiltà tar-reġjun tal-Mediterran se taqa’ f’idejn il-Kummissarju Kroata Dubravka Suica.
Fil-preżentazzjoni ta’ dalgħodu, in-nominat tal-Gvern Malti ġie ppreżentat l-aħħar wieħed.
Ursula von der Leyen insistiet li fil-formazzjoni tat-tim tagħha, imxiet skont il-kompetenzi tal-individwi. Din se tkun it-tieni Kummissjoni mmexxija minn von der Leyen.
Intant, fuq il-midja soċjali, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fakkret li issa dawn il-Kummissarji-Nominati jridu jmorru għall-approvazzjoni tal-MEPs. U insistiet li l-iskrutinju mhux se jdur mal-kantunieri.
//= $special ?>