Lokali

Grupp ta’ missjunarji żgħażagħ Maltin b’ħidma fit-Tanzanija

Grupp ta’ 10 voluntiera għadhom kemm waslu t-Tanzanija, fl-Afrika, fejn se jkunu qed jaħdmu viċin ta’
komunitajiet fil-bżonn filwaqt li jagħmlu esperjenza missjunarja. Il-grupp li jifforma parti minn Youths for
Missio, li hija sezzjoni ta’ Missio Malta, u se jdum tliet ġimgħat fil-pajjiż tal-Afrikatal-Lvant.

Waqt li kien qed isellem liż-żgħażagħ fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta, Robert Farrugia, Kap tal-
Komunikazzjoni u Ġbir ta’ fondi ta’ Missio, faħħar l-inizjattiva ta’ dawn iż-żgħażagħ, hekk kif kienu qed
juru impenn sabiex jgħinu persuni fil-bżonn, mingħajr ma jippretendu xejn lura, fl-ispirtu ta’ Missio.

“Permezz tal-vjaġġ missjunarju tagħhom, dawn iż-żgħażagħ se jkunu qed jagħmlu differenza fil-ħajjiet
ta’ ħafna persuni f’komunitajiet fil-bżonn. Fix-xhur li għaddew dan il-grupp kien involut fl-organizzazzjoni
ta’ numru ta’ attivitajiet sabiex jinġabru fondi favur numru ta’ proġetti li se jkunu qed jaħdmu fuqhom,
waqt l-esperjenza tagħhom.”

Il-grupp ta’ żgħażagħ li lkoll huma studenti Universitarji, akkwistaw fondi mill-Kunsill għas-Settur
Volontarju f’Malta. Grupp miż-żgħażagħ se jwettqu xogħol f’Orfanatrofju f’Canann, filwaqt li grupp ieħor
se jaħdmu fi sptar li Missio qed tiġbor biex tlesti fl-istess post.