Irrankat sitwazzjoni ta’ tensjoni kbira fil-fruntiera tal-Marokk ma’ Ceuta; it-territorju mal-kosta Afrikana tat-Tramuntana li taqa’ taħt is-sovranità ta’ Spanja.
Dan meta l-Pulizija għal kontra l-irvellijiet qed jippruvaw iwaqqfu lill-gruppi tan-nies li qed jippruvaw jaqsmu lejn Spanja mill-Marokk u wara li huma kienu mħeġġa biex jagħmlu dan mill-messaġġi fuq il-midja soċjali.
Il-Pulizija Marokkina, mill-bidu tal-ġimgħa, użat il-kanuni tal-ilma għal fuq il-gruppi taż-żgħażagħ Marokkini li rritaljaw bi tfigħ ta’ ġebel lejn l-uffiċjali tal-liġi.
Dan kollu wara ‘s-sejħa’ biex il-Marokkini jmorru f’Ceuta bl-iskop li minn hemm jaqsmu l-fruntiera ‘minn Spanja’ lejn l-Ewropa. Intant, għexieren ta’ nies spiċċaw arrestati fil-Marokk fuq suspett li huma inċitew ‘mewġa ta’ immigrazzjoni illegali’ għal ebda raġuni.
//= $special ?>