Sport Sport Ieħor

Il-MKBA tipprepara t-tim nazzjonali Malti biex jikkompeti fil-ISKA

(Ritratt: Martin Agius)

Wara suċċess tal-Malta K1 Kickboxing Nationals 2024 li sar fi tmiem il-ġimgħa f’Monte Kristo, f’Ħal
Farruġ, il-Malta Kickboxing Association issa se tifforma t-tim nazzjonali Malti tal-kickboxing, li se
jikkompeti f’Ottubru li ġej fl-ISKA (International Sports Karate & Kickboxing Association) champ,ions,
fi Vjenna.

L-Assoċjazzjoni tal-Malta Kickboxing se tifforma t-tim nazzjonali Malti wara serata mill-aqwa ta’
ġlied eċċitanti fost ġellieda minn ħdax-il klabb lokali differenti tal-kickboxing, f`diversi kategoriji
u gruppi ta’ etajiet differenti.

Tmienja u għoxrin ġellied li rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom se jiffurmaw l-iskwadra nazzjonali
Malti.

Ritratt: Martin Agius


L-ismijiet tal-ġellieda huma kif ġej:

Subien junior minn 6 sa 11-il sena:
• Jake Azzopardi (-40kg)

Subien junior minn 12 sa 14-il sena:
• Josip Bosnjak (-40kg)
• Isaac Bugeja (-45kg)
• Esequiel Seychell (-35kg)
• Liron muscat (-65kg)
• Cain Xavier Chetcuti (-40kg)

Bniet junior minn 12 sa 14-il sena:
• Dana Cassar (-50kg)

Subien Junior minn 15 sa 17-il sena:
• Jake Gomez (75kg+)
• Jaydee Cassar (-70kg)
• Skyler Bezzina (-60kg)
• Victor Galea (-50kg)

Junior girls 15 to 17- il sena:
• Samantha Portelli (-60kg)

Irġiel 18+:
• Logan Galea (-60kg)
• Rifat Bostan (-65kg)
• Teodore Sammut (-70kg)
• Toraino singleton (-80kg)
• Milivoje Bajic (-85kg)
• Borko Stanjocic (-75kg)
• Jesred Piscopo (-70kg)
• Ryan Cachia (-65kg)
• Danzel Azzopardi (-60kg)

Nisa 18+:
• Caley Fourie (-50kg)
• Finial Liebe (-55kg)
• Leanne Magro (-60kg)
• Ahweafa Garenne (-50kg)
• Celeste Galea (-65kg)

Ritratt: Martin Agius

Tliet bouts oħra important li kienu skedati għall-avveniment kienu: tnejn għaċ-ċinturini tat-titlu
Ewropew ISKA AMA K-1; waħda għan-nisa, mirbuħa mill-ġellieda Maltija Emma Xuereb min Team
Noel club Malta kontra Harnafi minn Team France, u waħda għall-irġiel, mirbuħa minn Faris
Luković minn Team Malta kontra Joseph minn Team UK. Barra minn hekk, l-aħħar bout kienet
għaċ-ċinturin tat-titlu WBC Mediterranean AMA, mirbuħa wkoll mill-ġellied lokali min Team Noel
club Malta ADAM Lamouz kontra Luigi Merenda minn Team Italy.

Għal avveniment speċjali ta’ dan il-livell għoli, l-MKBA stieden lis-Sur Paul Hennesey, il-president
ta’ ISKA Europe, biex jippreżenta ż-żewġ titli ISKA, kif ukoll lis-Sur Lluis Llorett, superviżur talWorld Boxing Council (WBC), biex jippreżenta l-WBC Mediterranean AMA Muay Tai Title Belt. Flaħħarnett, is-Sur Paul Nicholls, Direttur tar-Regoli Ewropej tal-ISKA, ġie mistieden ukoll biex jissorvelja l-proċess kollu tal judging u refereeing matul l-avveniment kollu.

Issa li huma magħrufa l-ġellieda Maltin, immexxija mill-kumitat tal-MKBA, flimkien mal-kowċis u
l-President is-Sur Isaac Chetcuti it-tim Malti se jibda sensiela ta’ training camps. L-għan primarju
ta’ dawn il-kampijiet, li se jsiru f’ambjent sportiv kompetittiv, huwa li jgħinu lill-ġellieda jtejbu l
ħiliet u t-tattiċi tagħhom biex ikunu jistgħu jegħlbu lill-avversarji tagħhom u jiksbu l-aħjar riżultati
possibbli għalihom infushom u għan-nazzjon Malti.

Fl-aħħar nett, il-kumitat tal-MKBA u l-President is-Sur Chetcuti jixtiequ jirringrazzjaw lill-Gladiators promotions għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ avveniment daqshekk kbir, lill-ħaddiema kollha li pparteċipaw waqt l-attività, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, lill-udjenza sabiħa li attendiet sabiex appoġġaw lill-ġellieda tagħhom.

Ritratt: Martin Agius