Lokali

Keith Chetcuti s-CEO l-ġdid tal-PBS

Dan is-sit jista’ jiżvela li finalment ta’ Kastilja waslu fi ftehim mal-imprenditur Keith Chetcuti biex jieħu f’idejh it-tmexxija tal-Public Broadcasting Services (PBS) bħala Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni.

Keith Chetcuti, li hu qrib ħafna ta’ Kastilja u tal-Partit Laburista, hu d-Direttur Manigerjali ta’ ICAN Malta.

Hu se jkun qiegħed jieħu post Mark Sammut li mix-Xandir Pubbliku rnexxielu jagħmel diżastru totali b’għadd kbir ta’ ħaddiema ta’ esperjenza jkunu kostretti jdabbru rashom.