Sport

Kompetizzjoni tal-Pickleball f’Malta

Malta Pickleball introdott f’Malta fl-2018, permezz ta’ Steffi Pace Girard u Roberta Pace Girard, fil-ġranet li għaddew organizzaw kompetizzjoni internazzjonali fil-Kulleġġ de la Salle, fil-Kottonera.

Parteċipazzjoni ta’ plejers minn għaxar pajjiżi fejn flimkien ma’ Malta ħadu sehem il-Belġju, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Grecja, l-Awstrija, l-Italja, il-Kanada, is-Serbija u l-Iżvezja.

Fil-kategorija taż-żgħażagh John Aquilina rebaħ it-taqsima singles subien filwaqt li Timmy Muscat temm fit-tielet post.

Alexandra Micallef Ampong rebħet it-taqsima singles bniet filwaqt li Emily Farrugia temmet fit-tieni post. Il-kategorija doubles tal-juniors intrebħet mill-koppja John Aquilina u David Didyke bit-timijiet Maltin itemmu wkoll fit-tieni u tielet post.

Fil-kategorija tal-kbar fil-Ladies Singles kien hemm is-suċċess għal Malta permezz ta’ Maja Glumac, filwaqt li fil-men singles mirbuħa minn parteċipant mill-Italja, Joseph Allis u Malcolm Falzon temmew fit-tieni u tielet post rispettivament.

Fil-kategorija Doubles tal-irgiel ‘il fuq minn 19 il-sena, l-ewwel post għal Malta permezz ta’ Maurizio Cappello u Joseph Allis. Fil-kategorija Doubles tan-nisa, kien hemm is-suċċess għal koppja mill-Iżvezja u l-Istati Uniti, bil-koppja mill-Istati Uniti fit-tieni post qabel Kristine Micallef Ampong u Naomi Attard għal Malta.

Fil-kategorija doubles tal-irgiel ‘il fuq minn 50 sena, Karl Falzon u Victor Sciberras temmew fit-tieni post wara l-koppji mir-Renju Unit u l-Kanada, filwaqt li fil-mixed doubles ta’ ‘l fuq minn 19-il sena, kien hemm is-suċċess tal-Belgju, b’Mark Anastasi u Maja Glumac fit-tieni post qabel Maurizio Cappello u Kristine Micallef.