Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għat-tlett ijiem tal-festi tal-Indipendenza li se jkunu qed jittellgħu mill-PN fi Pjazza Tritoni.
Fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-PN Bernard Grech żar lill-ħaddiema u l-voluntieri tal-PN kif ukoll l-impjegati ta’ Net Media li qed jaħdmu qatigħ sabiex dawn il-festi – anke din is-sena – jkunu ta’ suċċess.
L-attivitajiet tal-Indipendenza se jkunu qed jibdew l-Erbgħa 18 ta’ Settembru – b’djCHTAalogu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-7:30 ta’ filgħaxija flimkien ma’ nurmu ta’ kelliema li jinkludu lil Michael Galea, Ġorġ Mallia, Daniel Vella Fondacaro, Joe Farrugia u Marisa Xuereb; bi preżentazzjoni ta’ Louise Tedesco.
L-Erbgħa stess, fuq il-palk prinċipali, se ssir serata mużikali li permezz tagħha l-PN se jsellem il-memorja tal-eks deputat Karl Gouder li kien iċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media.
Fis-serata se jinqraw esperjenzi minn ħajjet Karl Gouder, bis-sehem ta’ Christian Arding, Julie Zahra, Claudette Buttigieg, Amber, u Karei.
Is-serata tibqa’ sejra sal-11pm.
L-għada, il-Ħamis 19 ta’ Settembru, fis-7:30 ta’ filgħaxija l-Kap tal-PN se jkun qed jiġi intervistat mill-ġurnalist tat-Times of Malta Mark Laurence Zammit.
Il-qofol ta’ dawn il-festi jintlaħaq il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru, fejn se jkun qed isir Mass Meeting fi Pjazza Tritoni indirizzat mill-Kap tal-PN Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascine u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.
Bħal kull sena, f’nofsillejl, jindaqq l-Innu Malti u jsir it-tlugħ tal-bandiera Maltija li jfakkar is-60 sena mit-twelid ta’ dan in-nazzjon – kisba ta’ Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ Borg Olivier, fl-1964.
//= $special ?>