Futbol Sport

Rebħiet konvinċenti għal Juventus u Liverpool fl-ewwel ġurnata taċ-Champions League

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel ġurnata tal-UEFA Champions League spikkaw fost l-oħrajn ir-rebħiet ta’ Juventus u Liverpool fuq PSV u Milan rispettivament.

Fl-Allianz Stadium, Juventus għelbu lil PSV 3-1. Kenan Yildiz poġġa lil Juventus fil-vantaġġ fil-21 minuta biex sitt minuti wara Weston McKennie għamilhom 2-0. Nicolas Gonzalez għamel l-iskor 3-0 fit-52 minuta qabel ma’ Ismael Saibari naqqas l-iskor għal PSV.

Liverpool kisbu rebħa ta’ 3-1 barra minn darhom fuq Milan. Milan marru fil-vantaġġ wara tliet minuti permezz ta’ Christian Pulisic. Liverpool bdew ir-rimonta tagħhom fit-23 minuta permezz ta’ Ibrahim Konate. Virgil van Dijk dawwar ir-riżultat favur Liverpool qabel ma’ Dominik Szoboszlai għalaq il-partita.

Rebħa diffiċli ta’ 2-1 għaċ-champions renjanti Real Madrid fuq Stuttgart. Real Madrid fil-vantaġġ permezz ta’ Kylian Mbappe wara l-mistrieħ. Deniz Undav għamilhom 1-1 fit-68 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal-Los Blancos kien skorjat fit-83 minuta permezz ta’ Antonio Rudiger. Lejn it-tmiem Endrick kompla jkabbar l-iskor għal 3-0.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum
Juventus v PSV 3-1
Y. Boys v A. Villa 0-3
Milan v Liverpool 1-3
B. Munich v D. Zagreb 9-2
R. Madrid v Stuttgart 3-1
Sporting v Lille 2-0
Għada
Bologna v S. Donetsk 6.45pm
S. Prague v Salzburg 6.45pm
Celtic v S. Bratislava 9.00pm
C. Brugge v B. Dortmund 9.00pm
Man City v Inter 9.00pm
PSG v Girona 9.00pm