Il-Prim Ministru Robert Abela qed jimplika b’mod mill-aktar ċar li se jkun qed iwaqqaf l-iskema Stabbiltà.
Dan qalu waqt kummenti li kien qed jagħti lill-ġurnalisti t-Tlieta waranofsinhar hekk kif skont Abela, ir-rata tal-għoli tal-ħajja laħqet livelli baxxi; u għaldaqstant l-iskema Stabbiltà laħqet l-għan tagħha.
Dan minkejja li sa tliet ġimgħat ilu f’intervesta fuq is-Super One, Abela qal li kien se jibqa’ jsostni din l-iskema.
Fl-istess waqt, fl-aħħar jiem, fost oħrajn, il-Kamra tal-Kummerċ kellha riservi kbar dwar din l-iskema li ddeskriviet bħala negliġibbli bil-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji tisħaq li l-iskema ma ħadmitx.
Iżda skont il-Prim Ministru dawn sejrin żbaljati. U li qed jgħidu mhux minnu.
Din l-iskema kienet tkopri 15-il tip ta’ ikel mingħajr ma kopriet affarijiet essenzjali quddiem iż-żieda tal-għoli tal-ħajja – fost l-oħrajn ħaxix u frott frisk, lista mingħajr patata, bajd, ikel għall-annimali domestiċi jew saħansitra affarijiet ta’ ħasil u iġene personali.
Iżda minkejja li l-poplu Malti u Għawdxi għadu qed iħabbat wiċċu ma’ prezzijiet għoljin, minkejja li l-Kamra tal-Kummerċ saħqet li pajjiżna għandu bżonn CPR… Abela baqa’ jsostni li din l-iskema laħqet l-għan aħħari tagħha.
//= $special ?>